Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2008 - Monoscoop vs UASI (SUDOKU SAMURAI BINGO)

(Kawża T-564/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Monoscoop BV (Alkmaar, l-Olanda) (rappreżentant: A. Canela Giménez, abogado)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) tat-30 ta' Settembru 2008, fil-Każ R 816/2008-2, u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "SUDOKU SAMURAI BINGO" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5.769.013) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 28 u 41.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.

____________