Language of document : ECLI:EU:T:2010:74





Sentenza tal-Qorti tal-Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Marzu 2010 – Monoscoop vs UASI (SUDOKU SAMURAI BINGO)

(Kawża T-564/08)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SUDOKU SAMURAI BINGO – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 18, 28, 35)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Settembru 2008 (Każ R 816/2008-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SUDOKU SAMURAI BINGO bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Monoscoop BV

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali SUDOKU SAMURAI BINGO għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 28 u 41 – Applikazzjoni Nru 5769013

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Monoscoop BV hija kkundannata għall-ispejjeż.