Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2024 – Kapitan Navi Elżbieta Stramek i Waldemar Karpiński vs EUIPO – Homann Feinkost
(Matjesfilethappen nach “Kolberger Art”)
(Kawża T-89/24)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kapitan Navi Elżbieta Stramek i Waldemar Karpiński sp.j. (Trzebiatów, il-Polonja) (rappreżentant: A. Brudnoch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Homann Feinkost GmbH (Bad Essen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Matjesfilethappen nach “Kolberger Art” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17 305 947
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 287/2023-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Matjesfilethappen nach “Kolberger Art” Nru 17 305 947;
sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-EUIPO sabiex jeżaminaha mill-ġdid;
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tal-proċedura u għar-rimbors tal-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi invokati
Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________