Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Awwissu 2009 - Producteurs de Légumes de France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-328/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Les Producteurs de Légumes de France (Pariġi, Franza) (rappreżentant: O. Fachin, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fuq il-bażi tar-raba' paragrafu tal-Artikolu 230 tat-Trattat KE;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali    

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 203 finali, tat-28 ta' Jannar 2009 , li permezz tagħha l-Kummissjoni kienet iddikkjarat inkompatibbli mas-suq komuni għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Franċiża lill-produtturi tal-frott u tal-ħxejjex fil-kuntest tal-"pjanijiet ta' kontinġenza" sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ tal-prodotti agrikoli maħsuda fi Franza u li kienet ordnat lir-Repubblika Franċiża terġa' tiġbor l-għajnuna inkwistjoni.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi bbażati:

fuq ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi, safejn il-fatt li l-Kummissjoni setgħet tkun taf matul il-perijodu mill-1992 sal-2002 bl-eżistenza ta' pjanijiet ta' kontinġenza mingħajr madankollu ma bdiet proċedura seta' jagħti lok għall-aspettattivi tal-produtturi fir-rigward tar-regolarità ta' dawn il-pjanjijiet;

fuq żball fl-ammont ta' restituzzjonijiet mitluba fir-rigward tas-sena 2001, li jaffettwa l-ammont globali tar-restituzzjonijiet kif ukoll l-interessi dovuti.

____________

1 - ĠU L 127, p. 11 - ippubblikata taħt in-Nru 2009/402/KE.