Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Awwissu 2009 - Connefroy et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-327/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Philippe Connefroy (Le Rozel, Franza), Jean-Guy Gueguen (Carantec, Franza) u EARL de Cavagnan (Bouglon, Franza) (rappreżentant: C. Galvez, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fuq il-bażi tar-raba' paragrafu tal-Artikolu 230 tat-Trattat KE;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 203 finali tat-28 ta' Jannar 2009 2, li permezz tagħha il-Kummissjoni ddikjarat bħala inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mogħtija mir-Repubblika Franċiża lill-produtturi tal-frott u tal-ħxejjex fil-kuntest tal-"pjanjiet ta' kontinġenza" sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ tal-prodotti agrikoli maħsuda fi Franza u talbet u li ordnat lir-Repubblika Franċiża terġa tiġbor l-għajnuna inkwistjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-243/09, Fedecom vs Il-Kummissjoni .

____________

1 - ĠU L 127, p. 11 - ippubblikat taħt in-Nru 2009/402/KE.

2 - ĠU 2009, C 205, p. 43.