Language of document : ECLI:EU:T:2012:498





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012 – Producteurs de légumes de France vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑328/09)

“Għajnuna mill-Istat – Settur tal-frott u l-ħaxix – ‘Pjanijiet ta’ kontinġenza’ intiżi insostenn tas-suq tal-frott u tal-ħaxix fi Franza – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni – Aspettattivi leġittimi – Żball sostantiv fil-kalkolu tas-somom li għandhom jiġu rkuprati”

1.                     Dritt Komunitarju – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Kundizzjonijiet (ara l-punti 18, 19)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Għajnuna mogħtija bi ksur tar-regoli proċedurali tal-Artikolu 88 KE – Aspettattivi leġittimi possibbli tal-benefiċjarji – Protezzjoni – Kundizzjonijiet u limiti – Nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni – Assenza ta’ aspettattivi leġittimi – Ċirkustanzi eċċezzjonali – Assenza (Artikoli 87 KE u 88 KE) (ara l-punti 20‑22, 26‑30)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 203 finali, tat-28 ta’ Jannar 2009, dwar il-“pjanijiet ta’ kontinġenza” fis-settur tal-frott u tal-ħaxix implementati mir-Repubblika Franċiża.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Producteurs de légumes de France hija kkundannata għall-ispejjeż.