Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Diċembru 2010 - Fédération internationale des logis vs UASI (Sfumatura kannella)

(Kawża T-329/09) 1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti fi sfumatura kannella - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Fédération internationale des logis (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: iniżjalment C. Champagner Katz, sussegwentement minn B. Brisset, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta' Ġunju 2009 (Każ R 202/2009-1), rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' sfumatura kannella bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Fédération internationale des logis hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 267, 07.11.2009.