Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 – AKM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-432/08) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni pubblika ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bit-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Tqassim tas-suq ġeografiku – Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali – Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali – Prova – Preżunzjoni ta’ innoċenza”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Staatlich genehmigte Gesellschaft der Autoren, Komponisten und Musikverleger reg. Gen. mbH (AKM) (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: H. Wollmann u F. Urlesberger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u O. Weber, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: G. Hesse, C. Pesendorfer, E. Riedl, M. Fruhmann u A. Posch, aġenti)SuġġettTalba għal annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC).DispożittivL-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC) huwa annullat, għal dak li jikkonċerna Staatlich genehmigte Gesellschaft der Autoren, Komponisten und Musikverleger reg. Gen. mbH (AKM).L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni C (2008) 3435 finali huwa annullat, sa fejn jirreferi għall-Artikolu 3 tagħha, għal dak li jikkonċerna AKM.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż

tagħha

u nofs l-ispejjeż sostnuti minn AKM.AKM għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.Ir-Repubblika tal-Awstrija għandha tbati l-ispejjeż tagħha.