Rikors ippreżentat fis-26 ta' Diċembru 2011 - Jaber vs Il-Kunsill
(Kawża T-653/11)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Aiman Jaber (Lattakia, is-Sirja) (rappreżentant: M. Ponsard, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tilqa' dan ir-rikors fil-proċedura mħaffa;
tannulla, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrent:
id-deċiżjoni 2011/273/PESK kif miżjuda u emendata sa dakinhar, u inklużi d-deċiżjonijiet kollha ċċitati fil-kapitolu 12 tar-rikors;
ir-regolament 442/2011, kif miżjud u emendat sa dakinhar, u inklużi r-regolamenti kollha ċċitati fil-kapitolu 13 tar-rikors;
id-deċiżjoni 2011/782/PESK, kif miżjuda u emendata sa dakihar;
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali u garanziji proċedurali, b'mod partikolari tad-dritt għal smiegħ, tad-drittijiet tad-difiża, tal-obbligu ta' motivazzjoni u tal-prinċipju ta' protezzjoni ġudizzjarja effettiva, sa fejn ir-rikorrent ma kienx irċieva avviż formali tal-iskrizzjoni tiegħu fil-lista tal-persuni ssanzjonati u sa fejn il-konvenut ma kienx irrisponda għall-interpellanzi tar-rikorrent u ma kienx indika fuq il-bażi ta' liema elementi konkreti l-isem tar-rikorrent kien tniżżel fil-listi kkontestati.
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà u għal-libertà ekonomika, peress li l-atti kkontestati jippreġudikaw b'mod ċert u gravi l-attivitajiet kummerċjali tar-rikorrent.
____________