Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tat-13 ta' Ġunju 2012 - Morison Menon Chartered Accountants et vs Il-Kunsill
(Kawża T-656/11 R II)
("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Morison Menon Chartered Accountants (Dubai, Emirati Għarab Magħquda); Morison Menon Chartered Accountants - Dubai Office (Dubai); Morison Menon Chartered Accountants - Sharjah Office (Sharjah, Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: H. Viaene, D. Gillet u T. Ruys, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M.-M. Joséphidès u G. Étienne, aġenti)
Suġġett
Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa, tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta' Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11) u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta' Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU l 319, p. 71), inkwantu dawn iżidu mal-lista ta' persuni u ta' entitajiet li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati l-entità bl-isem ta' "Morison Menon Chartered Accountant".
Dispożittiv
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal miżuri provviżorji.
L-ispejjeż huma rriżervati.
____________