Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Marzu 2010 - Ben Ri Electrónica vs UASI - Sacopa (LT LIGHT-THECNO)

(Kawża T-143/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ben Ri Electrónica, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: A. Alejos Cutuli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sacopa, SAU [Sant Jaume de Llierca (Girona), Spanja]

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI li tirrifjuta t-trade mark Komunitarja Nru 4.520.193.

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Sacopa, S.A.U.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li għandha l-element verbali "LT" (reġistratazzjoni Nru 4.520.193), għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 11.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-konvenut.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark figurattiva Komunitarja (Nru 13.375) u trade marks figurattivi Spanjoli (Nru 1.719.729 u Nru 1.719.730) komposta minn tqegħid ħdejn xulxin ta' "L" u "T" sovrapposti fuq ċirku, għal prodotti fil-klassijiet 9 u 11.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda parzjalment.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda.

Motivi invokati: Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, dwar it-trade mark Komunitarja.

____________