Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Marzu 2010 - Milux vs OHIM (REFLUXCONTROL)

(Kawża T-139/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Milux Holding SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: J. Bojs, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta' Jannar 2010 fil-Każ R 1134/2009-4; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "REFLUXCONTROL" għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 10 u 44

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni miċħuda għal trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell applika b'mod żbaljat il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni għal fatti ta' din il-kawża; u sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja fil-konklużjoni tiegħu li t-trade mark li saret applikazzjoni għaliha ma għandhiex karattru suffiċjentement distint inerenti.

____________