Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2020 – Arias Mosquera et vs SRB

(Kawża T-303/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: José María Arias Mosquera (Madrid, Spanja) u 28 rikorrent ieħor (rappreżentanti: P. Rubio Escobar, R. Ruíz de la Torre Esporrín, A. Menéndez Menéndez u B. Fernández García, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni (SRB/EES/2020/52) tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tas-17 ta’ Marzu 2020 li tiddetermina l-għoti potenzjali ta’ kumpens lill-azzjonisti u lill-kredituri ta’ Banco Popular Español, S.A.

tikkundanna lill-konvenut u lill-intervenjenti, li jsostnu bis-sħiħ jew parzjalment it-talbiet tal-konvenut, għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-302/20, Del Valle Ruiz et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.

____________