Appell ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2022 minn QB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla) fit-8 ta’ Dicembru 2021 fil-Kawża T-71/21, QB vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-88/22 P)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: QB (rappreżentant: R. Wardyn, radca prawny)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
tannulla s-sentenza appellata, fl-intier tagħha;
u, għalhekk
tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tas-6 ta’ April 2020 u tat-3 ta’ Novembru 2020,
jew, fin-nuqqas ta’ dan,
tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni, u
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk tal-appellant taż-żewġ istanzi.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka aggravju uniku bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u jsostni li l-Qorti Ġenerali:
wettqet żball meta ddeterminat li l-attività professjonali prinċipali tal-appellant peress li ma ħaditx inkunsiderazzjoni x-xogħol imwettaq mill-appellant għall-Istat tal-Polonja u l-istatus tiegħu ta’ Mħallef;
wettqet żball fid-definizzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ “xogħol li sar [għal] Stat ieħor”;
injorat u naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni x-xogħol imwettaq mill-appellant għall-Istat tal-Polonja u l-istatus tiegħu ta’ Mħallef waqt li eżaminat l-eċċezzjoni ta’ “xogħol li sar [għal] Stat ieħor”.
____________