Rikors ippreżentat fis-7 ta' Settembru 2010 - Amor vs UASI - Jablonex Group (AMORIKE)
(Kawża T-371/10)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Amor GmbH (Obertshausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Hartmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jablonex Group a.s. (Jablonec nad Nisou, ir-Repubblika Ċeka)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-14 ta' Ġunju 2010, fil-Każ R 619/2009-2;
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Jablonex Group a.s.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "AMORIKE" għal prodotti fil-klassijiet 14, 25 u 26
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali "AMOR" li għandha reġistrazzjoni internazzjonali għal prodotti fil-klassi 14; it-trade mark figurattiva Komunitarja li tinkludi l-element verbali "Amor" għal prodotti fil-klassijiet 14 u 18; it-trade mark figurattiva nazzjonali li tinkludi l-element verbali "Amor" għal prodotti fil-klassi 25; u t-trade mark figurattiva nazzjonali bil-kulur oranġjo, li tinkludi l-element verbali "Amor", għal prodotti fil-klassijiet 9, 14, 18, 35 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009
1, peress li hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).