Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2013 – Roda vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-30/13)

(Servizz pubbliku – Pensjoni tas-superstiti – Mewt ta’ ex konjuġi – Pensjoni tal-manteniment – Proċedura prekontenzjuża – Rekwiżit ta’ lment – Tardività – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Silvana Roda (Ispra, l-Italja) (rappreżentant: L. Ribolzi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li tibbenefika minn pensjoni tas-superstiti bir-rata ta’ 60 % tal-aħħar salarju bażiku tal-mejjet ex konjuġi tagħha.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.S. Roda għandha tbati l-ispejjeż tagħha.