Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Lulju 2012 - El Hogar Perfecto del Siglo XXI vs UASI Wenf International Advisers (Trabixujiet)

(Kawża T-337/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Hogar Perfecto del Siglo XXI, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: C. Ruiz Gallegos u E. Veiga Conde, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wenf International Advisers Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta' Ġunju 2012 fil-Każ R 89/2011-3;

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Disinn Komunitarja rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: disinn ta' trabixujiet - Disinn Komunitarju Nru 0 0083 0831-0001

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Wenf International Advisers Ltd

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: disinn nazzjonali ta' fettiħiet ta' flixkun

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: rikors milqugħ

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikoli 4 u 6(1) tar-Regolament Nru 6/2002

ksur tal-Arttikoli 4 u 6(2) tar-Regolament Nru 6/2002

____________