Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Settembru 2011 - Matkompaniet vs UASI - DF World of Spices (KATOZ)

(Kawża T-195/09) 1

("Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Matkompaniet AB (Borås, l-Isveżja) (rappreżentanti: J. Gulliksson u J. Olsson, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DF World of Spices GmbH (Dissen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Ebert-Weidenfeller u S. Schmüser, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta' Marzu 2009 (Każ R 577/2008-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Matkompaniet AB u DF World of Species GmbH.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati għall-ispejjeż proprji tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, għal nofs l-ispejjeż tal-konvenuta.

____________

1 - ĠU C 180, 01.08.2009..