Language of document : ECLI:EU:T:2011:348





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Lulju 2011 – Is‑Slovenja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-197/09)

“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju – Uċuh tar-raba’ li jinħarat”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG (Artikolu 253 KE) (ara l-punti 20-23)

2.                     Agrikoltura - FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja - Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat - Oneru tal-prova - Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (ara l-punti 39, 40, 83)

3.                     Agrikoltura - FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja - Estrapolazzjoni ta’ konstatazzjonijiet ta’ nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll ta’ Stat Membru minn reġjuni għal reġjunijiet oħra - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet (ara l-punti 58-64)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/253/KE, tad-19 ta’ Marzu 2009, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) (ĠU L 75, p. 15), sa fejn tikkonċerna lir-Repubblika tas-Slovenja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tas-Slovenja għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.