Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta'Settembru 2007 - Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-243/05)1

("FAEGG - Taqsima 'Garanzija' - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Uċuħ tar-raba' li jinħartu - Żejt taż-żebbuġa - Verifika finanzjarja - Terminu ta' 24 xahar)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos u E. Svolopoulou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u L. Visaggio, aġenti, assistiti minn N. Korogiannakis, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/354/KE, tad-29 ta' April 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq effettwat mill-Istati Membri taħt it-taqsima "Garanzija" tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG), (ĠU L 112, p. 14), inkwantu hija teskludi ċertu nfiq effettwat mir-Repubblika Ellenika fis-setturi ta' uċuħ tar-raba' li jinħartu u taż-żejt taż-żebbuġa kif ukoll fir-rigward ta' verifika finanzjarja.

Dispożittiv

1)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/354/KE, tad-29 ta' April 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq effettwat mill-Istati Membri taħt it-taqsima "Garanzija" tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG), hija annullata inkwantu timponi fuq ir-Repubblika Ellenika korrezzjoni ad hoc ta' EUR 200 146,68 għas-snin finanzjarji 1996 sa 1998 (għajnuna għall-konsum taż-żejt taż-żebbuġa).

2)    Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

3)    Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati, barra mill-ispejjeż tagħha, 70 % ta' l-ispejjeż tal-Kummissjoni, u din ta' l-aħħar għandha tbati 30 % ta' l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 205 ta' l-20.08.2005.