Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 – RapidEye vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-330/09)

“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi skont il-qafas multisettorjali ta’ għajnuna reġjonali – Proġett ta’ sistema ta’ ġeo-informazzjoni permezz ta’ satellita – Talba għal konferma tal-portata ta’ deċiżjoni li tiddikjara għajnuna kompatibbli mas-suq komuni – Risposta tal-Kummissjoni – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Kunċett - Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti - Evalwazzjoni ta’ dawn l-effetti skont is-suġġett tal-att - Risposta tal-Kummissjoni għal talba għal konferma tal-portata ta’ deċiżjoni li tiddikjara għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq komuni - Deċiżjoni konfermattiva - Esklużjoni (Artikoli 87 KE, 88 KE u 230 KE) (ara l-punti 24-29, 32-37, 40, 44-47)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ġunju 2009, dwar l-għajnuna mogħtija lil RapidEye AG mingħand l-awtoritajiet Ġermaniżi għall-istabbiliment ta’ sistema ta’ ġeo‑informazzjoni permezz ta’ satellita [Għajnuna mill-Istat CP 183/2009 – Il‑Ġermanja; RapidEye AG (Kontroll ex post MSR 1998 – N 416/2002)].

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

RapidEye AG hija kkundannata għall-ispejjeż.