Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Frar 2011 - RapidEye vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-330/09) 1

("Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi skont il-qafas multisettorjali ta' għajnuna reġjonali - Proġett ta' sistema ta' ġeo-informazzjoni permezz ta' satellita - Talba għal konferma tal-portata ta' deċiżjoni li tiddikjara għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni - Risposta tal-Kummissjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: RapidEye AG (Brandenburg an der Havel, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Jestaedt, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Gross u B. Martenczuk, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tad-9 ta' Ġunju 2009, dwar l-għajnuna mogħtija lil RapidEye AG mingħand l-awtoritajiet Ġermaniżi għall-istabbiliment ta' sistema ta' ġeo-informazzjoni permezz ta' satellita [Għajnuna mill-Istat CP 183/2009 - Il-Ġermanja; RapidEye AG (Kontroll ex-post MSR 1998 - N 416/2002)].

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

RapidEye AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 267, 07.11.2009.