Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rumanija

(Kawża C-549/18)1

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 258 TFUE – Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu – Direttiva (UE) 2015/849 – Assenza ta’ traspożizzjoni u/jew ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni – Artikolu 260(3) TFUE – Talba għal kundanna għall-ħlas ta’ somma f’daqqa)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Scharf, L. Flynn, G. von Rintelen, L. Nicolae u L. Radu Bouyon, aġenti)

Konvenuta: Ir-Rumanija (rappreżentanti: inizjalment minn C.-R. Canţăr, E. Gane, L. Liţu u R. I. Haţieganu, sussegwentement minn dawn it-tlieta tal-aħħar, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju tal-Belgju (rappreżentanti: C. Pochet, P. Cottin u J.-C. Halleux, aġenti), ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant: N. Grünberg, aġent), ir-Repubblika Franciza (rappreżentanti : A.-L. Desjonquères, B. Fodda u J.-L. Carré, aġenti), ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Dispożittiv

Billi, sal-iskadenza tat-terminu mogħti fl-opinjoni motivata tat-8 ta’ Diċembru 2017, ma adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE, u, għaldaqstant, peress li ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Rumanija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 67 tad-Direttiva 2015/849.

Ir-Rumanija hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma f’daqqa ta’ EUR 3 000 000.

Ir-Rumanija hija kkundannata għall-ispejjeż.

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 381, 22.10.2018.