Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Ottubru 2012 - Novartis vs UASI - Tenimenti Angelini (LINEX)

(Kawża T-444/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tenimenti Angelini SpA (Montalcino, l-Italja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta' Awwissu 2012 fil-Każ R 414/2011-4; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "LINEX", għal prodotti u servizzi fil-klassi 5 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8122863

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Taljana "LINES PERLA" irreġistrata bin-Nru 1281035 għal prodotti fil-klassijiet 5, 16 u 25; it-trade mark verbali Taljana "LINES LADY" irreġistrata bin-Nru 245598 għal prodotti fil-klassi 5; it-trade mark verbali Taljana "LINES INTERVALLO" irreġistrata bin-Nru 311801 għal prodotti fil-klassi 5; it-trade mark verbali Taljana "LINES IDEA" irreġistrata bin-Nru 414841 għal prodotti fil-klassi 5; it-trade mark verbali Taljana "LINES SETA" irreġistrata bin-Nru 584405 għal prodotti fil-klassijiet 5, 16 u 25; it-trade mark verbali Taljana "LINES SETA ALI" irreġistrata bin-Nru 607537 għal prodotti fil-klassijiet 5, 16 u 25; it-trade mark verbali Taljana "LINES SETA ULTRA" irreġistrata bin-Nru 643382 għal prodotti fil-klassijiet 5, 16 u 25; it-trade mark figurattiva Taljana "VELO" irreġistrata bin-Nru 980294 għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 16; it-trade mark figurattiva Taljana "LINES" irreġistrata bin-Nru 980295 għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 16; l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Taljana "LINES SETA" irreġistrata bin-Nru MI2007C011896 għal prodotti fil-klassijiet 5, 16 u 25; it-trade mark "LINES" li għandha reputazzjoni fl-Italja għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

-    ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009; u

-    ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________