Language of document : ECLI:EU:T:2016:94

Kawża T‑411/14

The Coca-Cola Company

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali – Forma ta’ flixkun immewweġ mingħajr skanalaturi – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009– Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009” ”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Frar 2016

1.      Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade marks tridimensjonali li huma kkostitwiti mill-forma tal-prodott – Karattru distintiv – Kriterji ta’ evalwazzjoni

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)]

2.      Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark tridimensjonali magħmula minn forma ta’ flixkun immewweġ mingħajr skanalaturi

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)]

3.      Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu – Kriterji ta’ evalwazzjoni

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u (3)]

4.      Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu –Trade mark nieqsa minn karattru distintiv f’parti mill-Unjoni – Kisba ta’ karattru distinttiv f’din l-istess parti

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u (3)]

5.      Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Nuqqas ta’ kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu – Trade mark tridimensjonali magħmula minn forma ta’ flixkun immewweġ mingħajr skanalaturi

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)u (3)]

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 35-39)

2.      Hija nieqsa minn karattru distinttiv, skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja, trade mark tridimensjonali li għandha forma ta’ flixkun immewweġ mingħajr skanalaturi li għandu l-parti tan-nofs leġġerment ikkurvata u l-parti ta’ fuq magħmula minn lembut ftit ikkurvat fil-livell tal-għonq, li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni għal “[m]etalli komuni u l-ligi tagħhom; Materjal tal-metall għall-bini; Ironmongery, oġġetti żgħar tal-metall; Oġġetti tal-metall komuni mhux inklużi fi klassijiet oħra; Canisters” li jaqgħu taħt il-klassi 6 skont l-Ftehim ta’ Nice, għal “[g]ħodda jew reċipjenti u kontenituri għad-dar u għall-kċina; Ħġieġ mhux maħdum jew parzjalment maħdum (minbarra ħġieġ użat fil-bini); Oġġetti tal-ħġieġ, porċellana u oġġetti tal-fuħħar mhux inklużi fi klassijiet oħra; Ħġieġ u Fliexken tal-plastik” li jaqgħu taħt il-klassi 21skont dan il-Ftehim, kif ukoll għal “Birer; Ilma minerali u bil-gass u xorb ieħor mhux alkoħoliku; Xorb tal-frott u xorb tal-meraq tal-frott; Xroppi u preparazzjonijiet oħra biex tagħmel xarbiet”. Li jaqgħu taħt il-klassi 32 skont l-imsemmi Ftehim. Fil-fatt, it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni hija kkaratterizzata mill-forma tagħha u mill-ippakkjar tagħha li turi silwett ikkurvata. Madankollu, din il-forma u dan l-ippakkjar jirrapreżentaw biss mhux iktar mis-somma tal-elementi li minnhom hija magħmula t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, jiġifieri flixkun bħall-maġġoranza tal-flixken fis-suq. Tali forma u tali ippakkjar jistgħu fil-fatt jiġu użati fil-kummerċ ta’ prodotti intiżi mill-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni. Minn dan isegwi il-mod kif l-elementi tat-trade mark kumplessa huma magħquda flimkien lanqas ma jista’ jagħtiha karattru distintiv. Għalhekk, it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni tikkostitwixxi biss varjanti tal-forma u tal-ippakkjar tal-prodotti kkonċernati li ma tippermettix lill-konsumatur medju li jiddistingwi l-prodotti inkwistjoni minn dawk ta’ impriżi oħra.

(ara l-punti 46, 47, 50, 51)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 66-72)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni. Voir le texte de la décision.

(ara l-punti 77, 78)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni. Voir le texte de la décision.

(ara l-punti  80-87)