Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Polonja) fid-19 ta’ Marzu 2024 – E. T. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu

(Kawża C-213/24, Grzera 1 )

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: E. T.

Konvenut: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 u, b’mod partikolari, l-Artikoli 2(1) u 9(1) tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna li tbigħ proprjetà immobbli mhux użata preċedentement għal attività ekonomika u li tafda l-preparazzjoni tal-bejgħ tagħha lil operatur professjonist, li sussegwentement iwettaq, fil-kwalità ta’ aġent ta’ dik il-persuna, sensiela ta’ attivitajiet organizzati bl-għan ta’ tqassim u ta’ bejgħ tagħha bi prezz ogħla, teżerċita attività ekonomika b’mod indipendenti?

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 u, b’mod partikolari, l-Artikolu 9(1) tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li kull wieħed mill-konjuġi li jaġixxu konġuntament għandu jitqies separatament bħala persuna li teżerċita attività ekonomika b’mod indipendenti?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.