Rikors ippreżentat fl-24 ta' Jannar 2008 - Tomas vs Il-Parlament
(Kawża F-13/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Litwan
Partijiet
Rikorrent: Stanislovas Tomas (Pavlodar, Kazakhstan) (rappreżentant: M. Michalauskas, avocat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra tat-tkeċċija tar-rikorrent u r-rimedju għad-dannu morali u materjali mġarrab.
Talbiet
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra tat-tkeċċija tar-rikorrent;
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tas-somma ta' EUR 125 000 lir-rikorrent bħala rimedju għad-dannu morali u materjali mġarrab;
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
____________