Language of document : ECLI:EU:T:2010:441





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2010 – Nencini vs Il-Parlament

(Kawża T-431/10 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Membru tal-Parlament Ewropew – Irkupru ta’ kumpens imħallas bħala rimbors tal-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari u tal-ivvjaġġar – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 8 u 9)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tikkonstata l-obbligu ta’ rkupru ta’ kumpens indebitament imħallas lil wieħed mill-membri tiegħu - Sitwazzjoni li tinvolvi sempliċi inkonvenjenza lir-rikorrent - Deċiżjoni nieqsa minn saħħa ta’ infurzar - Nuqqas ta’ riskju imminenti ta’ dannu finanzjarju gravi - Nuqqas ta’ urġenza (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 12-17)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tikkonstata l-obbligu ta’ rkupru ta’ kumpens indebitament imħallas lil wieħed mill-membri tiegħu - Neċessità għall-Parlament li jibda proċeduri quddiem qorti nazzjonali kompetenti fil-każ ta’ rifjut ta’ ħlas volontarju - Nuqqas ta’ urġenza (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 19)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ diversi atti tal-Parlament dwar l‑irkupru ta’ kumpens parlamentari li tħallas indebitament.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.