Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (l-Estonja) fl-14 ta’ April 2021 – I. L. vs Politsei- ja Piirivalveamet
(Kawża C-241/21)
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Riigikohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: I. L.
Konvenut: Politsei- ja Piirivalveamet
Domanda preliminari
L-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment 1 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jżommu f’detenzjoni ċittadin ta’ pajjiż terz li, sakemm ikun jinsab liberu qabel ma jitneħħa, jippreżenta riskju reali li jwettaq delitt li l-investigazzjoni u s-sanzjoni tiegħu jistgħu jikkomplikaw b’mod kunsiderevoli l-proċess ta’ tneħħija?
____________
1 ĠU 2019, L 240, p. 17.