Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Poznaniu (il-Polonja) fis-17 ta’ April 2018 – Aqua med sp. z o.o. vs Irena Skóra

(Kawża C-266/18)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Poznaniu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Aqua med sp. z o.o. li s-sede tagħha tinsab f’Opalenica

Konvenuta: Irena Skóra

Domandi preliminari

Il-verifika ex officio, mill-qorti nazzjonali, tal-klawżoli kuntrattwali konklużi mal-konsumatur għad-determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni biex tieħu konjizzjoni tat-tilwima, bis-saħħa tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 u tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Kawża Pannon GSM, C-243/08, EU:C:2009:350), għandha tinkludi wkoll il-verifika ta’ klawżoli kuntrattwali li, filwaqt li ċertament jirregolaw il-kwistjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ tilwim bejn partijiet, jagħmlu dan biss fis-sens li jirreferu għal-leġiżlazzjoni tad-dritt nazzjonali?

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, il-verifika magħmula mill-qorti għandha tagħti lok għall-applikazzjoni tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni fis-sens li tiggarantixxi lill-konsumatur protezzjoni li tirriżulta mill-kontenut tad-Direttiva, jiġifieri l-possibbiltà ta’ teħid ta’ konjizzjoni tat-tilwima mill-qorti li tinsab l-eqreb lejn il-post ta’ domiċilju/residenza abitwali tal-konsumatur?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.