Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-7 ta’ Mejju 2021 – Confederación Nacional de Autoescuelas (CNAE) et vs Asociación para la Defensa de los Intereses Comunes de las Autoescuelas (AUDICA) et

(Kawża C-292/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Administración General del Estado, Confederación Nacional de Autoescuelas (CNAE), UTE CNAE-ITT-FORMASTER-ECT

Konvenuti: Asociación para la Defensa de los Intereses Comunes de las Autoescuelas (AUDICA), Ministerio Fiscal

Domanda preliminari

Ir-regola nazzjonali li l-għoti tal-korsijiet għal sensibilizzazzjoni u edukazzjoni mill-ġdid dwar it-traffiku għall-irkupru ta’ punti ta’ liċenzji għandu jsir permezz ta’ konċessjoni ta’ servizz pubbliku hija kompatibbli mad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern 1 – jew, skont il-każ, ma’ regoli jew prinċipji oħrajn tad-dritt tal-Unjoni?

____________

1     ĠU 2006, L 376, p. 36.