Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2021 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-144/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio, C. Ionescu Dima, M. Menegatti, aġenti)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla l-Artikoli 1(1) u (5), 2, 3, 4, 5, 7, 9 u 10 sa fejn dawn jikkonċernaw l-awtorizzazzjonijiet dwar l-użi 2, 4 u 5 (u l-użu 1, fir-rigward tal-formulazzjoni ta’ taħlitiet għal użi 2, 4 u 5) u bin-numri REACH/20/18/0 sa REACH/20/18/27 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020) 8797 tat-18 ta’ Diċembru 2020 li tagħti parzjalment awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal ċerti użi tat-triossidu tal-kromu (Chemservice GmbH u oħrajn);

fl-alternattiv, tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020)8797 tat-18 ta’ Diċembru 2020 fit-totalità tagħha;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jibbaża ruħu fuq motiv wieħed, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 60(4) u (7) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għandhom għalhekk jiġu annullati sa fejn din tikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal użi 2, 4 u 5 (u l-użu 1, fir-rigward tal-formulazzjoni ta’ taħlitiet għal użi 2, 4 u 5) u bin-numri REACH/20/18/0 sa REACH/20/18/27. Fl-alternattiv, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-awtorizzazzjonijiet fid-deċiżjoni kkontestata għal użu 6 bin-numri REACH/20/18/28 sa REACH/20/18/34 tant huma marbuta mill-qrib mal-awtorizzazzjonijiet għal użi oħrajn li l-awtorizzazzjonijiet mogħtija għal użi 2, 4 u 5 (u l-użu 1, fir-rigward tal-formulazzjoni ta’ taħlitiet għal użi 2, 4 u 5) ma jistgħux jiġu sseparati mid-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrent iqis li d-deċiżjoni għandha tiġi annullata fit-totalità tagħha.

____________

1 Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni(ĠU 2006, L 396, p. 1, u rettifiki fil-ĠU 2008, L 141, p. 22, u fil-ĠU 2009, L 36, p. 84).