Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-19/12) 1

(Servizz pubbliku – Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura – Rikors ippreżentat b’faks fit-terminu għall-preżentata ta’ rikors – Firma bil-miktub tal-avukat differenti minn dik fuq ir-rikors oriġinali mibgħut bil-posta – Tardività tar-rikors – Inammissibbiltà manifesta – Ineżistenza)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayer u J. Baquero Cruz, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tan-nota tal-Kummissjoni li tinkludi deċiżjoni jew diversi deċiżjonijiet dwar is-sitwazzjoni amministrattiva tar-rikorrent u talba għall-kumpens għad-dannu.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u jiġi kkundannat għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU L 138, 12.05.2012. p. 34