Language of document : ECLI:EU:T:2010:228





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2010 – COLT Télécommunications France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-79/10 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Użu ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija – Kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku – Deċiżjoni li tikkonstata li l-miżura nnotifikata ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 13-16)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Dannu finanzjarju - Tibdil b’mod irrimedjabbli tal-ishma tas-suq - Inklużjoni (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 30, 36-39, 41)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Dannu li jista’ jiġi rrimedjat bl-għoti ta’ kumpens fil-kuntest tal-kawża prinċipali (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 44)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni C(2009) 7426 finali tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar il-proġett tal-għoti ta’ kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku ta’ EUR 59 miljun għall-istabbiliment u l-użu ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija fid-dipartiment tal-Hauts-de-Seine (Franza).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.