Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Frar 2012 - Certmedica International vs UASI - Lehning entreprise (L112) u Lehning entreprise vs UASI - Certmedica International (L112)

(Kawżi magħquda T-77/10 u T-78/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali L112 - Trade mark Franċiża verbali preċedenti L.114 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tal-prodotti - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b), u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Nuqqas ta' użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 - Dikjarazzjoni ta' invalidità parzjali"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Certmedica International GmbH (Aschaffenburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Pfortner, avukat) (Kawża T-77/10); u Lehning entreprise (Sainte-Barbe, Franza) (rappreżentant: P. Demoly, avukat) (Kawża T-78/10)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lehning entreprise (Kawża T-77/10) u Certmedica International GmbH (Kawża T-78/10)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta' Diċembru 2009 (Każ R 934/2009 2), rigward proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Lehning Entreprise u Certmedica International GmbH.

Dispożittiv

Fil-Kawża T-77/10:

id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-9 ta' Diċembru 2009 (Kawża R 934/2009 2) hija annullata sa fejn hija tannulla r-reġistrazzjoni tat-trade mark L112 għall-"prodotti veterinarji";

il-kumplament tar-rikors huwa miċħud;

Certmedica International GmbH u l-UASI huma kkundannati għall-ħlas tal-ispejjeż tagħhom stess;

Lehning entreprise hija kkundannata għall-ħlas tal-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-intervent tagħha.

Fil-Kawża T 78/10:

ir-rikors huwa miċħud;

Lehning entreprise hija kkundannata għall-ħlas tal-ispejjeż tagħha stess u dawk tal-UASI;

Certmedica International hija kkundannata għall-ħlas tal-ispejjeż li saru fil-kuntest tal-intervent tagħha.

____________

1 - ĠU C 113, 01.05.2010.