Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Frar 2010 - Lehning Entreprise vs UASI - Certmedica International (L112)

(Kawża T-78/10)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Lehning Entreprise (Sainte-Barbe, Franza) (rappreżentant: P. Demoly, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Certmedica International GmbH (Aschaffenburg, Il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

Fid-dawl tax-xebh bejn is-sinjali u l-prodotti inkwistjoni, teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kontenzjużi L.114 u L112 għall-prodotti kollha fil-klassi 5 imsemmija fir-reġistrazzjoni tagħhom. Għalhekk, id-deċiżjoni mogħtija għandha tiġi annullata sa fejn hija tiċħad it-talba għal annullament tar-rikorrenti fir-rigward tal-prodotti li ġejjin: "preparazzjonijiet għall-iġjene" u "prodotti tal-ikel konċentrati djetetiċi abbażi ta' krustaċji (bħaċ-Chitosan)" filwaqt li l-bqija tad-deċiżjoni għandha tiġi kkonfermata.

Fl-aħħar nett, u fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, ikun partikolarment mhux ekwu li r-rikorrenti tbati l-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati li hija kellha tħallas għal din il-proċedura manifestament infondata. Ir-rikorrenti għaldaqstant titlob li l-kumpannija Certmedica International GmbH tiġi kkundannata tirrimborsalha l-ispejjeż imħallsa mir-rikorrenti sa mill-oppożizzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark verbali "L112" għal prodotti fil-klassijiet 5 u 29 (trade mark Komunitarja Nru 2 349 728)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Certmedica International GmbH

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark nazzjonali "L.114" irreġistrata fi Franza għal prodotti fil-klassi 5 (Nru 1 312 700)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni : talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark ikkonċernata għal prodotti fil-klassi 5 milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell ippreżentat minn Certmedica International milqugħ parzjalment

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8, 52 u 53 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja minħabba l-eżistenza ta' probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti fir-rigward tal-prodotti "Preparazzjonijiet għall-iġjene" u "Prodotti tal-ikel konċentrati djetetiċi abbażi ta' krustaċji (bħaċ-Chitosan)"

____________