Language of document :

Appell ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2013 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti fit-12 ta’ Lulju 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-32/12, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-503/13 P)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla fl-intier tiegħu u mingħajr ebda eċċezzjoni d-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-12 ta’ Lulju 2013 fil-Kawża F-32/12, Marcuccio vs Il-Kummissjoni;

tirrinvija l-kawża inkwistjoni quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka żewġ aggravji.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-illegalità tal-Artikolu 14 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, minħabba l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tawtoloġiċi u inkoerenti, iżda wkoll skorretti, żbaljati, fallaċi u irraġonevoli tal-imsemmi Artikolu 14, li twassal għall-ksur manifest tal-prinċipju tad-dritt għal smigħ minn qorti stabbilita minn qabel bil-liġi, kif previst, inter alia, mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.It-tieni aggravju huwa bbażat fuq nuqqas assolut ta’ motivazzjoni, partikolarment minħabba l-assenza ta’ istruttorja, in-natura perentorja, tawtoloġika u arbitrarja tiegħu, żnaturament u rappreżentazzjoni ħażina tal-fatti, kif ukoll fuq żball ta’ liġi minħabba b’mod partikolari evalwazzjoni manifestatment żbaljata tal-fatti.