Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2024 – Nehera et vs EUIPO – Zdút (nehera, NEHERA u NEHERA PRAGUE)

(Kawżi T-334/23 sa T-337/23) 1

(“Trademark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ invalidità – Trademarks figurattivi u verbali tal-Unjoni Ewropea nehera, NEHERA u NEHERA PRAGUE – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Assenza ta’ mala fide – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Isabel Nehera (Sutton, Ontario, il-Kanada), Natacha Sehnal (Montferrier-sur-Lez, Franza), Jean-Henri Nehera (Burnaby, British Columbia, il-Kanada) (rappreżentant: W. Woll, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ladislav Zdút (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentant: Y. Echevarría García, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikorsi tagħhom ibbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-17 ta’ April 2023 (Każijiet R 1216/2020-4 sa R 1219/2020-4).

Dispożittiv

Il-Kawżi T-334/23 sa T-337/23 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Isabel Nehera, Natacha Sehnal u Jean-Henri Nehera għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti minn Ladislav Zdút quddiem il-Qorti Ġenerali.

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.

____________

1     ĠU C 286, 14.8.2023.