Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2024 – EFFAS vs EUIPO – CFA Institute (CEFA Certified European Financial Analyst)

(Kawża T-213/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CEFA Certified European Financial Analyst – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea CFA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] – Koeżistenza tat-trade marks)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: European Federation of Financial Analysts’ Societies (EFFAS) (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Manresa Medina, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: CFA Institute (Charlottesville, Virginia, l-Istati Uniti) (rappreżentant: W. May, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Frar 2023 (Każ R 1418/2022-1).

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Frar 2023 (Każ R 1418/2022-1) hija annullata.

L-EUIPO għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-European Federation of Financial Analysts’ Societies (EFFAS).

CFA Institute għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1     ĠU C 216, 19.6.2023.