Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2024 – Sulberg Services vs Il-Kunsill

(Kawża T-409/23) 1

(Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina – Teħid ta’ pożizzjoni li ttemm in-nuqqas li tittieħed azzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sulberg Services Ltd (Road Town, Tortola, Il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: H. Sbert Pérez, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Limonet, H. Marcos Fraile u P. Mahnič, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 265 TFUE, ir-rikorrenti, titlob lill-Qorti Ġenerali tikkonstata li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea illegalment astjena milli jbiddel ir-raġunijiet għall-inklużjoni ta’ isem Anastasia Ignatova fil-listi li jinsabu fl-anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 16), u fl-Anness I tar- Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2014, L 78, p. 6).

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C, C/2023/49, 9.10.2023.