Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2024 – Westpole Belgium vs Il-Parlament

(Kawża T-640/22) 1

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ servizzi tal-informatika esterni – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti lil offerenti oħra – Kriterji ta’ esklużjoni – Assenza ta’ sentenza definittiva jew ta’ deċiżjoni amministrattiva definittiva li tistabbilixxi ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni – Offerta anormalment baxxa”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Westpole Belgium (Vilvorde, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Vercruysse, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: K. Wójcik u E. Taneva, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Ottubru 2022 li l-Lott Nru 7 tal-kuntratt bit-titolu “PE/ITEC-ITS 19 – External Provision of IT Services” (provvista esterna ta’ servizzi tal-informatika) jingħata lil tliet offerenti oħra u li l-imsemmi lott ma jingħatax lill-konsorzju li hija tifforma parti minnu kif ukoll, qabel ma tingħata deċiżjoni, il-produzzjoni ta’ dokumenti relatati mal-eżami tal-offerti mill-awtorità kontraenti fir-rigward kemm ta’ “sitwazzjoni ta’ esklużjoni possibbli” kif ukoll tal-prezzijiet proposti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Westpole Belgium għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1     ĠU C 451, 28.11.2022.