Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2024 – Braunschweiger Versorgungs vs EUIPO – B.F. Energy (BF energy)

(Kawża T-245/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BF energy – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BS Energy – Trade mark tal-Unjoni Ewropea u trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti BS ENERGY – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 »]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Braunschweiger Versorgungs AG & Co. KG (Brunswick, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Drzymalla, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Markakis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: B.F. Energy Srl (Ruma, l-Italja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob, b’mod partikolari, l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-17 ta’ Frar 2023 (Każ R 1646/2022-2).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1     ĠU C 235, 3.7.2023.