Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Ġunju 2010 - Olive Line International vs UASI - O. International (O•LIVE)

(Kawża T-273/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Olive Line International, S.L. (Madrid, Spanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : O. International, S.r.l (Spoleto, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-14 ta' Jannar 2010 fil-Każ R 4/2009-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż;

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċeduri, jekk issir parti intervenjenti f'din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "O·LIVE" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3 u 44 - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 5715008

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 5086657 tat-trade mark figurattiva "Olive Line", għal prodotti fil-klassijiet 3, 29 u 30; ir-reġistrazzjoni ta' trade mark Spanjola Nru 2741533 tat-trade mark figurattiva "Olive Line", għal prodotti fil-klassijiet 3, 29 u 30; ir-reġistrazzjoni ta' trade mark Spanjola Nru 2525564 tat-trade mark verbali "Olive Line", għal prodotti fil-klassi 3

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell evalwa b'mod żbaljat li ma teżistix probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________