Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tas-27 ta’ Ottubru 2015 – Labiri vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża F-81/14) 1

[Servizz pubbliku – Uffiċjali – Proċedura ta’ promozzjoni 2013 – Deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix promossa – Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal – Paragun tal-merti]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Vassilliki Labiri (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment J.-N. Louis, D. de Abreu Caldas u R. Metz, avukati, sussegwentement J.-N. Louis, R. Metz, N. de Montigny, D. Verbeke u T. Van Lysebeth, avukati)

Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. C. Cañoto Argüelles u S. Bachotet, aġenti, inizjalment assistiti minn B. Cambier u G. Ladrière, avukati, sussegwentement minn B. Cambier u T. Cambier, avukati)Suġġett tal-kawżaTalba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix promossa għall-grad segwenti (AD 13) fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2013 tal-Kumitat tar-Reġjuni.Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud.V. Labiri għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 388, 3.11.2014, p. 32.