Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-10 ta’ Jannar 2022 – Syndicat Les Entreprises du Médicament (LEEM) vs Ministre des Solidarités et de la Santé

(Kawża C-20/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Syndicat Les Entreprises du Médicament (LEEM)

Konvenut: Ministre des Solidarités et de la Santé

Domanda preliminari

L-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta’ sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “friża tal-prezzijiet fuq prodotti mediċinali kollha jew fuq xi kategoriji ta’ prodotti mediċinali” japplika għal miżura li l-għan tagħha huwa li jiġu kkontrollati l-prezzijiet tal-prodotti mediċinali iżda li tikkonċerna biss ċerti prodotti mediċinali kkunsidrati individwalment, u ma hijiex intiża li tapplika għall-prodotti mediċinali kollha, u lanqas għal ċerti kategoriji fosthom u għalhekk li l-garanziji li dan l-artikolu jorbot mal-eżistenza ta’ miżura ta’ friża kif jiddefiniha jidhru, għal tali miżura, imċaħħda mill-kontenut jew mill-għan?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 5, Vol. 1, p. 345.