Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2013 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-49/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li ma tieħux inkunsiderazzjoni l-kandidatura tar-rikorrent għall-pożizzjoni vakanti fil-Kunsill.

Talbiet tar-rikorrent

tannnulla d-deċiżjoni tas-17 ta’ Jannar 2013 tas-servizz ta’ mobbiltà tas-SĠK li tirrifjuta li tieħu inkunsiderazzjoni l-kandidatura tar-rikorrent għall-pożizzjoni 2244 DGA 2A, ikkonfermata, insegwitu għal ilment tar-rikorrent, bid-deċiżjoni tat-12 ta’ Frar 2013 tas-servizz ta’ mobbiltà;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni għall-ispejjeż.