Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Frar 2024 – Tradeinn Retail Services S.L. vs PH

(Kawża C-76/24, Tradeinn Retail Services)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent u appellant: Tradeinn Retail Services S.L.

Konvenut u appellat: PH

Domandi preliminari

Il-proprjetarju ta’ trade mark nazzjonali jista’, skont l-Artikolu 10(3)(b) tad-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks 1 , jimpedixxi persuna f’pajjiż ieħor milli jkollha fil-pussess tagħha oġġetti li jiksru d-drittijiet tat-trade mark bl-iskop li joffri dawn l-oġġetti jew iqiegħdhom fis-suq fil-pajjiż ta’ protezzjoni tat-trade mark?

Sabiex tkun stabbilita il-ħażna tal-oġġetti fis-sens tal-Artikolu 10(3)(b) tad-Direttiva 2015/2436, hija meħtieġa l-possibbiltà ta’ aċċess effettiv għall-oġġetti li jiksru d-drittijiet tat-trade mark jew hija suffiċjenti l-possibbiltà li l-persuna li jkollha aċċess effettiv għal dawn l-oġġetti tkun tista’ tiġi influwenzata?

____________

1 ĠU 2015, L 336, p. 1, rettifika fil-ĠU 2016 L 110, p. 5