Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2014 – Yusef vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-306/10) 1

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Hani El Sayyed Elsebai Yusef (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment E. Grieves, barrister, u H. Miller, solicitor, sussegwentement E. Grieves, H. Miller, P. Moser, QC, u R. Graham, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Paasivirta, M. Konstantinidis u T. Scharf, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta : Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti : inizjalment E. Finnegan u R. Szostak, sussegwentement E. Finnegan, aġenti)

Suġġett

Talba biex jiġi kkonstatat, skont l-Artikolu 265 TFUE, li l-Kummissjoni illegalment naqset milli tipproċedi bl-irtirar tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1629/2005, tal-5 ta’ Ottubru 2005, li jemenda għall-54 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 (ĠU L 348M, p. 275) sa fejn dan l-att jikkonċerna lir-rikorrentDispożittivIl-Kummissjoni Ewropea naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-Trattat FUE u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 ta’ Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001, billi naqset milli tirrimedja għad-difetti proċedurali u għall-irregolaritajiet dwar il-mertu li vvizzjaw l-iffriżar tal-fondi ta’ Hani El Sayyed Elsebai Yusef.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn H. Yusef, kif ukoll is-somom mħallsa mill-kaxxa tal-Qorti Ġenerali abbażi tal-għajnuna legali.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.