Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Mejju 2011 - Coin vs L-UASI - Dynamiki Zoi (Fitcoin)

(Kawża T-272/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Coin SpA (Mestre, l-Italja) (rappreżentanti: P. Perani u G. Ghisletti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Dynamiki Zoi AE (Ateni, il-Greċja)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

-    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta' Frar 2011 fil-Każ R 1836/2010-2;

-    sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 3725298 ġiet milqugħa għal prodotti fil-klassi 25; u

-    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "Fitcoin", għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 25, 28, 35, 36 u 41 - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 3725298

Proprjetarja tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark Komunitarja Nru 109827, tat-trade mark figurattiva "coin", għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 25, 28 u 35; it-trade mark Komunitarja Nru 3308401, tat-trade mark figurattiva "coin", għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 25, 28 u 35; it-trade mark Komunitarja Nru 3364511, tat-trade mark figurattiva "coinyou", għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35 u 36; it-trade mark Taljana Nru 160126, tat-trade mark figurattiva "coin", għall-prodotti fil-klassi 25; it-trade mark Taljana Nru 253233, tat-trade mark figurattiva "coin", għall-prodotti fil-klassijiet 16, 25, 28, 35, 36 u 41; it-trade mark Taljana Nru 240305, tat-trade mark figurattiva "coin", għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 25, 35, 36 u 41; it-trade mark Taljana Nru 169548, tat-trade mark figurattiva "coin", għall-prodotti fil-klassijiet 16 u 28; it-trade mark Taljana Nru 240286, tat-trade mark figurattiva "coin", għall-prodotti fil-klassi 25; it-trade mark internazzjonali Nru R381015, tat-trade mark figurattiva "coin", għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 25, 28, 35, 36 u 41; it-trade mark internazzjonali Nru R363492, tat-trade mark figurattiva "coin", għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 28, 35, 36 u 41; it-trade mark internazzjonali Nru 260545, tat-trade mark figurattiva "coin", għall-prodotti fil-klassi 25; it-trade mark internazzjonali Nru R299708, tat-trade mark figurattiva "coin", għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 35, 36 u 41; it-trade mark internazzjonali Nru 299710, tat-trade mark figurattiva "coin", għall-prodotti fil-klassijiet 16 u 28; it-trade mark internazzjonali Nru R363491, tat-trade mark figurattiva "coin", għall-prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata u tilqa' l-oppożizzjoni għall-prodotti fil-klassijiet 28 u 41, u tiċħad l-appell għall-prodotti u servizzi l-oħra, u għalhekk, tippermetti l-applikazzjoni għall-prodotti fil-klassijiet 16, 25, 28, 35, 36 u 41

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ikkunsidra waħda biss mit-tifsiriet tal-kelma FIT u sab li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni b'referenza għall-parti prinċipali tal-prodotti u servizzi rilevanti abbażi ta' tali evalwazzjoni parzjali.

____________