Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2014 – EE Ltd vs UASI (rappreżentazzjoni ta’ tikek bojod fuq sfond griż)

(Kawża T-77/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EE Ltd (Hatfield, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Brownlow, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-24 ta’ Ottubru 2013, fil-Każ R 704/2013-1.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : it-trade mark figurattiva b’rappreżentazzjoni ta’ tikek bojod fuq sfond griż għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 16, 25, 35-39, 41, 42 u 45 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 388 386

Deċiżjoni tal-eżaminatur: it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma hijiex idonea sabiex tiġi rreġistrata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.